Iktar minn 29,000 minna tkellmu. Issa wasal iż-żmien li r-rappreżentanti politiċi tagħna jwieġbu.
Ir-rappreżentanti parlamentari u l-kunsilliera tiegħek huma responsabbli biex isemmgħu t-tħassib tiegħek, u jagħtu prijorità lill-benesseri tiegħek. Leħen il-pubbliku huwa qawwi u ċar. Manoel Island għandha tkun tan-nies; park pubbliku nazzjonali li ngawduh aħna lkoll u mhux appartamenti u stabbilimenti kummerċjali għas-sinjuri.
KELLEM LIR-RAPPREŻENTANTI POLITIĊI TIEGĦEK!
ibagħtilhom email!
Għandek tkun taf x’jaħsbu r-rappreżentanti politiċi tiegħek dwar il-kwistjoni, u huma għandhom ikunu jafu li kollha kemm aħna qed nistennew ir-risposta tagħhom.
Tista' titlob laqgħa mar-rappreżentanti tiegħek, iċċempillhom, jew tibgħatilhom email bit-test issuġġerit minna hawn taħt. Ibgħat l-email lir-rappreżentanti parlamentari u lill-kunsilliera lokali tiegħek billi tikkopja u twaħħal it-test issuġġerit fl-email tiegħek, u tibgħatha lil-lista tar-rappreżentanti fid-distrett tiegħek. Aħna qed nagħtu wkoll il-lista t’emails skont il-lokalità, biex tkun tista’ tikkopja u twaħħal (copy and paste). Xerred l-ittra fil-gruppi tar-residenti fuq Facebook biex tkompli tqajjem il-kwistjoni dejjem iżjed.
IKKOPJA L-ITTRA T’HAWN TAĦT U WAĦĦALHA F'EMAIL ĠDIDA:
Għażiż/a rappreżentant/a,
Qed niktiblek minħabba li inti responsabbli li tirrappreżentani f'fora pubbliċi u tiddefendi d-drittijiet u l-benesseri tiegħi, bħala resident/a fiż-żona tiegħek. Iktar minn 29,000 resident tal-Gżejjer Maltin iffirmaw il-petizzjoni li qed titlob li Manoel Island tingħata lura lill-pubbliku bħala park ta’ wirt nazzjonali minflok ma tiġi żviluppata f’appartamenti lussużi u stabbilimenti kummerċjali għas-sinjuri. Jien, ukoll, nappoġġja din is-sejħa.
Aħna r-residenti neħtieġu spazji mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni, is-saħħa fiżika, u s-saħħa mentali tagħna. Manoel Island tista’ toffri l-uniku kenn ta’ dan it-tip lill-eluf ta’ persuni. Qed nappellalek biex tieħu pożizzjoni pubblika favur is-sejħa biex jitwarrbu l-pjanijiet taż-żvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni fuq Manoel Island, u minflok jinħoloq spazju naturali pubbliku li jirrispetta l-wirt u l-pubbliku ġenerali.
Tislijiet,
—-
IKKLIKKJA FUQ IL-LOKALITÀ TIEGĦEK, IKKOPJA L-LISTA TAL-EMAILS TAR- RAPPREŻENTATTIVI POLITIĊI,
WAĦĦALHA FIS-SEZZJONI ‘TO’ TAL-EMAIL TIEGĦEK:
-
merche@merche.com
-
Description text goes here
-
Item description
-
Description text goes here