il-kampanja

Permezz ta’ din il-kampanja, irridu nuru kif Manoel Island tista’ tkun spazju li jitgawda minn kulħadd.

Il-petizzjoni parlamentari tal-2025 biex Manoel Island tinbidel f’park ta’ wirt naturali ġabret aktar minn 29,000 firma.

Xejn minn dan ma kien ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-pubbliku u tal-imsieħba li tawna l-appoġġ tagħhom, imniżżlin hawn taħt.

Il-petizzjoni kienet bidu b’saħħtu li wassal lill-Gvern Malti biex iwiegħed li jibdel Manoel Island f’park nazzjonali.

Il-kampanja issa tinsab f’mument kruċjali. Ħdimna mar-residenti, NGOs, esperti u nies li ta’ spiss jużaw il-gżira biex nimmaġinaw kif jista’ jkun dan il-park ta’ Manoel Island.

Agħfas hawn biex tniżżel il-viżjoni tal-park ta’ Manoel Island, u ssottomettiha fil-konsultazzjoni pubblika hawnhekk.

40+ QED JAPPOĠĠJAW

Inħobb il-Gżira

GĦAWDIX

The Grow 10 Trees Project

WIRT IŻ-ŻEJTUN

7R Lifestyle Malta

Residenti Beltin

YPB

Friends of the earth Malta

Malta Ranger Unit

Bird Life Malta

Nature Trust Malta

DIN L-ART ĦELWA

Wied ta' Rmiedi Rewilding Project

PEN Malta

Kummissjoni interdjoċesana ambjent

Sliema Residents' Association

Marsaskala Residents Network

Kreattivisti

Rota

Geġwiġija

ACT.

ClimbMT

Richmond

Azzjoni Tuna Artna Lura

il-kollettiv

Greenhouse

Dance Beyond Borders

BERG

MRCC

Inizjamed

Dawra Madwarna

KNZ

Ramblers Malta

Wirt Għawdex

Betapsi

Żminijietna

MGRM

DLH Għawdex

Chewing Productions

Right 2 Smile

ESA Earth Systems Association

Inħobb il-Gżira • GĦAWDIX • The Grow 10 Trees Project • WIRT IŻ-ŻEJTUN • 7R Lifestyle Malta • Residenti Beltin • YPB • Friends of the earth Malta • Malta Ranger Unit • Bird Life Malta • Nature Trust Malta • DIN L-ART ĦELWA • Wied ta' Rmiedi Rewilding Project • PEN Malta • Kummissjoni interdjoċesana ambjent • Sliema Residents' Association • Marsaskala Residents Network • Kreattivisti • Rota • Geġwiġija • ACT. • ClimbMT • Richmond • Azzjoni Tuna Artna Lura • il-kollettiv • Greenhouse • Dance Beyond Borders • BERG • MRCC • Inizjamed • Dawra Madwarna • KNZ • Ramblers Malta • Wirt Għawdex • Betapsi • Żminijietna • MGRM • DLH Għawdex • Chewing Productions • Right 2 Smile • ESA Earth Systems Association •

kronoloġija

2000: Enfitewsi u aċċess ristrett

F’Ġunju 2000, il-Gvern Malti ta enfitewsi temporanja ta’ 99 sena (forma ta’ kiri fit-tul) lil MIDI plc għall-iżvilupp mill-ġdid tas-siti ta’ Manoel Island u Tigné Point. B’riżultat ta’ dan, MIDI rrestrinġiet l-aċċess għal partijiet kbar ta’ Manoel Island u x-xatt tagħha, li qabel kienu jintużaw minn ħafna residenti tal-madwar għall-għawm.

2016: Il-Gżira Manoel tinfetaħ għall-pubbliku wara pressjoni mill-attivisti

Attivisti li kienu jiffurmaw parti minn Kamp Emerġenza Ambjent u Moviment Graffitti, bl-appoġġ ta’ NGOs oħra u residenti tal-Gżira, ipprotestaw u fetħu bil-forza l-bibien ta’ Manoel Island, u talbu aċċess pubbliku għax-xatt, li l-iżviluppaturi ta’ MIDI kienu ħallew magħluqin għal snin sħaħ. Il-partijiet tal-gżira li qabel kienu magħluqa issa huma miftuħa għall-pubbliku minn filgħodu sa’ nżul ix-xemx. Ħafna residenti u nies minn madwar Malta reġgħu setgħu jgawdu dak kollu li għandha x’toffri l-gżira.

2025: Il-bidu ta’ Manoel Island: Post Għalina

Il-Moviment Graffitti u l-FAA jingħaqdu biex jibdew jaħdmu fuq kampanja biex Manoel Island tinbidel f’park ta’ wirt naturali. F’Marzu 2025 saret konferenza stampa li nediet il-kampanja Manoel Island: Post Għalina u s-sit elettroniku tagħha.

Petizzjoni Pubblika

F’Marzu 2025 titnieda petizzjoni parlamentari għall-pubbliku. Matul dan il-perjodu ta’ xahrejn, ħafna voluntiera għenuna f’diversi avvenimenti u attivitajiet fejn tkellimna ma’ komunitajiet differenti dwar l-idea li Manoel Island tinbidel f’park nazzjonali. Il-petizzjoni għalqet b’aktar minn 29,000 firma – madwar 5% tal-popolazzjoni Maltija!

Il-Gvern jikkommetti ruħu għal park nazzjonali

B’riżultat tas-saħħa murija mill-pubbliku, il-Gvern eventwalment impenja ruħu li jibdel Manoel Island f’park nazzjonali f’Mejju 2025. Din hija deċiżjoni b’saħħitha li tipproteġi lil Manoel Island minn spekulazzjoni futura u żvilupp kummerċjali.

Konsultazzjoni pubblika u placemaking workshops

Fit-tieni nofs tal-2025 ingħaqadna ma’ placemakers u ltqajna ma’ residenti, nies li jużaw Manoel Island, NGOs u esperti biex nieħdu l-fehmiet tagħhom. X’inhi l-viżjoni tagħhom ta’ Manoel Island bħala park nazzjonali? Dawn il-konsultazzjonijiet wassluna biex noħolqu mappa tal-assi tal-Gżira Manoel, li tista’ tara hawn taħt.

X’Tista’ tkun manoel island?

Fit-tieni nofs tal-2025, Manoel Island: Post Għalina ħadmet flimkien ma’ esperti, NGOs u placemakers professjonali biex tiżviluppa strateġija li ġejja min-nies, bl-għan li tiġbor għarfien siewi mir-residenti tal-Gżira u Ta’ Xbiex, minn dawk li attwalment jagħmlu użu minn Manoel Island, kif ukoll mill-pubbliku ġenerali.

Ġew organizzati diversi workshops f’ Manoel Island u fl-inħawi ta’ madwarha.

Il-kampanja qed tippubblika viżjoni għal Manoel Island immexxija mill-komunità u qed tħeġġeġ lill-pubbliku jissottomettiha bħala parti mill-parteċipazzjoni tiegħu fil-konsultazzjoni pubblika li għaddejja bħalissa mill-Gvern.

Il-workshops kif ukoll il-konsultazzjoni tagħna mal-eNGOs u esperti oħra għenuna fil-ħolqien ta' din il-mappa tal-assi ta’ Manoel Island, li qed naqsmu magħkom hawnhekk. Il-mappa hija maqsuma fi tliet saffi li jirrappreżentaw il-wirt tal-imgħoddi u tal-preżent: Is-saff Naturali (pinnijiet ħodor), il-Wirt Mibni (pinnijiet blu), u dak Soċjo-Kulturali (pinnijiet oranġjo). Agħfas fuq id-diversi pinnijiet fuq il-mappa biex tikseb aktar informazzjoni.

Il-fehim tal-ideat, il-bżonnijiet u t-tħassib tan-nies waqt dawn il-workshops wassal għall-identifikazzjoni ta’ seba’ valuri ewlenin għall-park:

Identità Mhux Kummerċjali, Kustodja tal-Komunità, Benesseri u Saħħa, Rispett għas-Sistemi Ekoloġiċi, Preservazzjoni tal-Memorja Kulturali, Aċċess Liberu u Sigur, u Kwiet u Rifuġju mill-Istorbu Urban.

ipparteċipa

involvi ruħek


Ikkuntattjana permezz ta’ Facebook jew Instagram, jew ibgħatilna email fuq contact@manoelislandcampaign.com, biex tinvolvi ruħek fil-kampanja ta’ Manoel Island.

Tista’ wkoll tingħaqad mal-paġna tal-avviżi tagħna fuq WhatsApp billi ssegwi din il-ħolqa.

agħti donazzjoni


It-tmexxija ta’ kampanja tiswa l-flus. Kulħadd involut huwa volontier, iżda affarijiet bħar-reklamar, l-istampar u l-hosting jeħtieġu ħlas. Jekk tixtieq tikkontribwixxi, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet hawn taħt. Kull kontribuzzjoni, kbira jew żgħira, hija pass ieħor biex jiżdiedu l-ispazji pubbliċi f’Malta. Kull għajnuna tgħodd.

mistoqsijiet frekwenti