manoel island: post għalina

Permezz ta’ din il-kampanja, nixtiequ nuru kif Manoel Island jista’ jkun post li jista’ jgawdi kulħadd.

Din mhijiex xi ħaġa impossibbli.

Il-petizzjoni parlamentari biex Manoel Island isir park ta’ patrimonju pubbliku, qabżet id-29,000 firma. Dan kien bidu b’saħħtu mmens.

il-viżjoni tagħna

Il-konċessjoni bejn il-Parlament Malti u l-MIDI bħalissa qed tiġi nnegozjata mill-ġdid.

Din il-kampanja hija l-unika ċans li għandna biex nagħmlu din il-ħolma realtà, u l-petizzjoni t’hawn taħt hija l-bidu.

KIF TISTA’ SSIR MANOEL ISLAND?

Rifuġju għall-bijodiversità urbana

Wara snin ta’ abbandun, l-iswar madwar il-Forti Manoel spiċċaw jospitaw bosta flora u fawna lokali. Bosta speċi ta’ pjanti selvaġġi jiffjorixxu fuq l-inklinazzjonijiet tal-Forti, diversità ta’ għasafar ibejtu u jistrieħu fil-kantunieri kwieti tagħha, u mammiferi selvaġġi, rettili, u insetti jsibu kenn f’dan l-ispazju ekoloġiku fil-qalba urbana.

Spazju miftuħ pubbliku

Ir-reġjun tal-Port tat-Tramuntana huwa l-aktar parti mibnija u popolata ta’ Malta. In-nies hawnhekk m’għandhomx spazji ħodor miftuħa fejn jistgħu jirrilassaw u fejn it-tfal jistgħu jilagħbu b’mod sikur. Manoel Island tista’ tipprovdi kważi 30 ettaru ta’ spazju pubbliku, li jista’ jgawdih kulħadd, f’ambjent mingħajr karozzi u mhux kummerċjali.

Park tal-patrimonju

Il-Park tal-Patrimonju ta’ Manoel Island ikun jgawdi mill-veduti fuq ix-xefaq tas-Sit tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO tal-Belt Valletta u l-fortifikazzjonijiet tal-Port. Il-park ikun imżewwaq bil-Forti Barokka Manoel, u l-Lazzarett, l-eqdem kwartieri tal-kwarantina li jeżistu fl-Ewropa, u li jistgħu jiġu ttrasformati f’mużew u ċentru kulturali għall-pubbliku.

PARTEĊIPAZZJONI

Involvi ruħek

Ikkuntattjana fuq Facebook jew Instagram, jew permezz tal-email fuq contact@manoelislandcampaign.com, biex tkun taf kif tista’ tinvolvi ruħek.


Agħti donazzjoni


It-tmexxija ta’ kampanja tiswa ħafna flus. Kull min hu involut huwa voluntier, iżda ċerti affarijiet bħar-reklamar, l-istampar u l-hosting jeħtieġ li jitħallsu. Jekk tixtieq tikkontribwixxi, segwi l-istruzzjonijiet fil-parti li jmiss. Kull kontribuzzjoni, kbira jew żgħira, hija pass ieħor favur li nkabbru l-ammont ta’ spazji pubbliċi f’Malta. Kull ftit jgħin.

40+ QED JAPPOĠĠJAW

Inħobb il-Gżira

•

GĦAWDIX

•

The Grow 10 Trees Project

•

WIRT IŻ-ŻEJTUN

•

7R Lifestyle Malta

•

Residenti Beltin

•

YPB

•

Friends of the earth Malta

•

Malta Ranger Unit

•

Bird Life Malta

•

Nature Trust Malta

•

DIN L-ART ĦELWA

•

Wied ta' Rmiedi Rewilding Project

•

PEN Malta

•

Kummissjoni interdjoċesana ambjent

•

Sliema Residents' Association

•

Marsaskala Residents Network

•

Kreattivisti

•

Rota

•

Geġwiġija

•

ACT.

•

ClimbMT

•

Richmond

•

Azzjoni Tuna Artna Lura

•

il-kollettiv

•

Greenhouse

•

Dance Beyond Borders

•

BERG

•

MRCC

•

Inizjamed

•

Dawra Madwarna

•

Betapsi

•

KNZ

•

Ramblers Malta

•

Wirt Għawdex

•

MGRM

•

Żminijietna

•

DLH Għawdex

•

Chewing Productions

•

Right 2 Smile

•

ESA Earth Systems Association

•

Inħobb il-Gżira • GĦAWDIX • The Grow 10 Trees Project • WIRT IŻ-ŻEJTUN • 7R Lifestyle Malta • Residenti Beltin • YPB • Friends of the earth Malta • Malta Ranger Unit • Bird Life Malta • Nature Trust Malta • DIN L-ART ĦELWA • Wied ta' Rmiedi Rewilding Project • PEN Malta • Kummissjoni interdjoċesana ambjent • Sliema Residents' Association • Marsaskala Residents Network • Kreattivisti • Rota • Geġwiġija • ACT. • ClimbMT • Richmond • Azzjoni Tuna Artna Lura • il-kollettiv • Greenhouse • Dance Beyond Borders • BERG • MRCC • Inizjamed • Dawra Madwarna • Betapsi • KNZ • Ramblers Malta • Wirt Għawdex • MGRM • Żminijietna • DLH Għawdex • Chewing Productions • Right 2 Smile • ESA Earth Systems Association •

Mistoqsijiet Komuni

abbona

Ejja nżommu kuntatt! Kemm tibgħat l-email tiegħek u aħna se nżiduk mal-lista tal-posta tagħna.

Tista’ wkoll tingħaqad mal-komunità ta’ Whatsapp tagħna hawn.

ikkuntatjana